Wara Ian Borg, illum Ministru ieħor ħarab mistoqsija ċara u diretta dwar jekk il-Gvern hux se jkun qed jieħu l-mudell tiegħu dwar l-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija quddiem il-Kummissjoni Venezja għall-approvazzjoni.
Net News staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċċjali, Michael Falzon jekk il-Gvern hux se jmur quddiem il-Kummissjoni Venezja b’dan il-mudell biex jara jekk dan hux mudell li jista’ jassigura għażla tajba. Izda, Falzon ma weġibx, u minflok tkellem dwar liġijiet oħra li ddaħhlu.
Ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru ħabbar mudell ġdid għall-għażla tal-Kummissarju, iżda minkejja li hu ta x’jifhem li dan il-mudell hu dak mitlub mill-Kummissjoni Venezja, il-mudell kif imħabbar minn Robert Abela ġie kkritikat minn ħafna bħala wieħed li se jerġa’ jagħti l-poter assolut lill-istess Prim Ministru fl-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija.
//= $special ?>