Lokali

Inċident bejn erba’ karozzi fi Gwardamangia

Żewġ sewwieqa jistgħu jgħodduha b’waħda wara ħabta li fiha kienu nvoluti erba’ karozzi, fi Triq San Luqa, Gwardamangia.

Is-sewwieqa kienu sejrin f’direzzjonijiet opposti meta għal xi raġuni ħabtu f’xulxin, bil-konsegwenza li ntlaqtu wkoll żewġ vetturi pparkjati.

Konsegwenza ta’ dan l-iċident, it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin waqt li fil-post issejjaħ ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna liż-żewġ xufiera.