Għal darboħra il-Ministru Evarist Bartolo reġa uża Facebook biex iwassal messaġġ ċar kristall lill-Gvern.
F’post li għamel aktar kmieni dalgħodu, Bartolo jikteb hekk:
“Tassew aħna kontra l-kriminalità? Kontra l-qtil? Kontra l-korruzzjoni? Kontra l-ħasil tal-flus? Kontra li nħallu min juża lill-pajjiżna biex jaħbi l-attività ekonomika llegali tiegħu?”
Minkejja li Bartolo ma jgħidx għal min qed jirreferi, huwa fatt magħruf li l-Ministru li llum għandu f’idejh id-dekasteru tal-Affarijiet Barranin, ilu jħambaq ix-xhur jekk mhux is-snin dwar il-bżonn li l-Gvern jitnaddaf minn elementi maħmuġin, fosthom l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru, Keith Schembri.
U filwaqt li jgħid li biex nitwemmnu u niksbu l-fiduċja tal-bqija tad-dinja, jinħtieġ infurzar, infurzar u aktar infurzar, hu jtemm il-post tiegħu billi jenfasizza li mhux biżżejjed ngħidu li għamilna l-liġijiet u l-istrutturi, li qed ninvestigaw.
Evarist Bartolo jtemm il-messaġġ tiegħu hekk:
“Fuq kollox iridu jitressqu n-nies il-Qorti u jieħdu li ħaqqhom, huma min huma, bla biża jew favuri”.
//= $special ?>