Dar antika fil-qalba ta’ Raħal Ġdid inbidlet f’residenza li numru ta’ ġuvintur se jkunu jisgħu isejħulha darhom.
Id-dar hija waħda tipika tal irħula Maltin, u ġiet trasformata fi tlett microflats indipendenti, b’kull flat għandu l-kċina u l-kamra tal-banju privata tiegħu u saħansitra zona miftuħa.
Ir-residenza ingħatat l-isem Alberto Marvelli, b’tifkira tal-Beatu Taljan magħruf għax-xogħol li kien jagħmel ma’ dawk bla saqaf fuq rashom, u hija parti minn proġett innovattiv tal-Federazzjoni Nazzjonali ta’ Studenti u Ħbieb ta’ Don Bosco, li seħħ ukoll bl-għajnuna tal-Assoċjazzjoni tal-Ordni u d-Dar Osanna Pia.
Dan il-proġett għandu l-iskop li joffri kenn lil żgħazagħ bla saqaf fuq rashom, u li jrawwem fihom l-abbiltajiet biex jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità.
Bryan Magro, Kap Eżekuttiv tas-Sależjani f’Malta, qal lil Net News l-ħtiġijiet ta’ żgħażagħ li jiltaqgħu magħhom inbidlu tul is-snin u li bħala Sależjani ħassew il-bżonn li jkun hawn residenzi aktar privati li jieħdu post istituzzjnijiet tal-massa bħal ma konna mdorrijin naraw.
L-Arċisqof Charles J Scicluna inawgura din id-dar, fejn faħħar il-ħidma tas-Sależjani u ta’ dawk kollha li jaħdmu biex jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli.
Waqt l-inawgurazzjoni, il-Grupp Familji fil-bżonn fi ħdan il-fergħa tal-Partit Nazzjonalista f’Raħal Ġdid ippreżenta għotja ta’ oġġetti bżonnjużi għar-residenti tad-dar.
Iż-żgħażagħ li se jkunu qed jgġixu f’din id-dar, se jkollhom iċ-ċans li jgħixu hemm għal massimu ta’ sentejn, fejn tulhom se jingħataw ukoll servizz ta’ mentoring minn numru ta’ esperti diversi u li se jwassalhom biex ikunu kapaċi jgħixu indipendentement, biex fit-tmiem is-sentejn ikunu jistgħu ikomplu bil-ħajja tagħhom barra minn din ir-residenza.
//= $special ?>