Lokali

“Itfagħlhom petrol u lighter” – żagħżugħ jinċita biex il-Pulizija jingħataw in-nar

Reazzjoni xejn sabiħa minn żagħżugħ li inċita biex grupp ta’ Pulizija jingħataw in-nar sempliċiment għax kienu qed jaqdu dmirhom.

Il-każ seħħ fi grupp ta’ Facebook li nħoloq apposta biex is-sewwieqa jkunu mwissija li qed isiru xi roadblocks inkella jekk xi toroq ikunu magħluqa minħabba xi xogħol jew inċident.

Kien taħt ritratt bi twissija li l-Pulizija kienu qed iwettqu roadblock ‘il barra minn Burmarrad, li dan iż-żagħżugħ kiteb “itfalom petrol u lyter.”

Saħansitra ddieħaq u ftaħar li m’għandu lil ħadd jiġi minnu li jaħdem fil-Korp, meta ħaddieħor qallu li jmissu jistħi u jixtieqx li kieku xi ħadd jagħmel hekk lil membri ta’ familtu.