Internazzjonali

Terrimot qawwi jolqot lit-Turkija

Iktar minn 20 persuna mietu u madwar 650 oħra ndarbu wara terrimot li laqat il-Lvant tat-Turkija.

It-terrimot, b’qawwa ta’ 6.7 fuq l-iskala Richter wassal biex mill-inqas għaxar residenzi nqerdu qrib il-belt ta’ Sivrice.

Jidher li t-terrimot dam madwar 40 sekonda waqt li kien segwit minn 15-il aftershock ieħor.