Sport Sport Ieħor

Anicic isejjaħ l-iskwadra nazzjonali għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-futsal

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal, Zeljko Anicic sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 14-il plejer għat-tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2022. Malta se tilgħab fi Grupp Ċ kontra l-Greċja, il-Polonja u l-Iżvezja.

Bi tħejjija għal dan it-tournament it-tim Malti lagħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija. Wara li l-ewwel konfront spiċċa fi draw ta’ 2-2, fit-tieni partita il-Maltin ħarġu rebbieħa 3-1.

Malta tiftaħ l-impenji tagħha kontra l-Iżvezja l-Erbgħa li ġej. L-għada l-Ħamis it-tim ta’ Anicic jilgħab kontra l-Greċja qabel l-aħħar impenn is-Sibt kontra l-Polonja. Id-dħul għal dawn il-logħbiet huwa b’xejn.

L-iskwadra finali

Gowlkipers: Clint Mifsud (Luxol Futsal), Stefan Vella (Luxol Futsal)

Difensuri: Marrwan Telisi (Luxol Futsal), Giancarlo Sammut (Luxol Futsal), Jovica Milijic (Valletta Futsal), Melvin Borg (Università ta’ Malta), Dylan Musù (Università ta’ Malta), Karl Sciortino (Università ta’ Malta)

Attakkanti: Carl Azzopardi (Luxol Futsal), Andy Mangion (Luxol Futsal), Andrè Ciancio (Valletta Futsal), George Frendo (Valletta Futsal), Firas Aboulezz (Swieqi Futsal), Mark Zammit (Luxol Futsal)

Il-logħob kollu

Skola Nazzjonali tal-Isport

L-Erbgħa 29 ta’ Jannar:Polonja v Greċja 5.00pm, Żvezja v Malta 8.00pm

Il-Ħamis 30 ta’ Jannar:Żvezja v Polonja 5.00pm, Malta v Greċja 8.00pm

Is-Sibt 1 ta’ Frar: Greċja v Żvezja 4.00pm, Malta v Polonja 7.00pm