Futbol Sport

Gudja United jeliminaw l-aħħar tim Għawdxi mill-FA Trophy

(Ritratt: Paul Scicluna)

VICTORIA HOTSPURS………… 1

GUDJA UNITED………………….. 3

Victoria: A. Parnis, L. Grima (J. Borg 76’), E. Sidqy, A. Mizzi, J. Bajada, M. De Souza, F. Marra (C. Abela 75’), S. Nayar, C. Mercieca, E. Lattes, E. da Silva

Gudja: G. Zammit, J. Grioli, I. Gonzalez, J. Bolanos, J. Farrugia, A. de Barros, E. Bilbao Zarate, L. Cremona, A. Friggieri (J. Brincat 85’), R. Winchester (Z. Cassar 81’), N. Rodrigues (M. Jimenez 89’)

Imwissija: N. Rodrigues 11’, J. Grioli 26’, I. Gonalez 58’, J. Farrugia 71’ (G), M. De Souza 52’, E. Sidqy 65’ (V)

Tkeċċew: M. De Souza 54’, E. Sidqy wara l-logħba (V), I. Gonzlez 79’ (G)

Skorjaw: A. Friggieri 13’, E. Bilbao Zarate 65’, R. Winchester 75’ (G), F. Marra 51’ (V)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Ivan Galea, Mark Ciantar

Gudja United irnexxielhom jegħlbu l-isfida taċ-champions Għawdxin Victoria Hotspurs fil-Gozo Stadium, anki jekk tilfu l-gowl vantaġġ li kisbu fil-bidu tal-logħba. B’hekk ġie eliminat l-aħħar tim Għawdxi li kien fadal wara li Xewkija Tigers tilfu s-Sibt li għadda.

AIDAN FRIGGIERI fetaħ l-iskor wara 13-il minuta b’xutt b’saħħtu li kien imxellef ftit u għeleb lil Adrian Parnis. Victoria Hotspurs ġabu d-draw fil-51 minuta permezz ta’ penalty ta’ FRANCESCO MARRA li bagħat lil Glenn Zammit in-naħa l-oħra.

Gudja reġgħu marru fil-vantaġġ fil-65 minuta meta huma wkoll ingħataw penalty li minnu l-midfielder EDISON BILBAO ZARATE ma żbaljawx. It-tim ta’ Josef Mansueto qatel it-tamiet ta’ Victoria Hotspurs meta skorja t-tielet gowl kwarta mit-tmiem permezz tal-attakkant RUNDELL WINCHESTER.