Lokali

Iddaħħlu f’Malta 47 immigrant

Ritratt: Arkivji

Fil-ħin li għadda għadhom kemm iddaħħlu Malta 47 immigrant.

Jidher li dawn l-immigranti kienu abbord il-bastiment Ocean Viking li kien salva 223 immigrant fi tliet ħidmiet separati ta’ salvataġġ.

Il-midja Taljana qed tirraporta li għad fadal madwar 120 immigrant li għadhom fil-periklu, apparti dawk li waslu Malta u dawk li fadal fuq il-bastiment.

SOS Mediterranee qalet li l-awtoritajiet Taljani, Maltin, Libjani u Ewropej kienu infurmati b’din il-ħidma ta’ salvataġġ. Huma talbu lill-awtoritajiet għal post ta’ kenn għal dawn l-immigranti, iżda kienu l-awtoritajiet Libjani biss li wieġbu għall-għajnuna. Madankollu, il-bastiment irrifjuta din l-offerta peress li ma jqisx lil Tripli bħala post sigur biżżejjed.

Fl-aħħar żvilluppi jidher li Malta aċċettat li jiddaħħlu 47 immigrant li skont informazzjoni li kiseb Net News huma kollha rġiel.