Lokali

Il-11-il edizzjoni tal-Fun Run

Ritratti: Martin Agius

F’temp mill-isbaħ għal dan iż-żmien tas-sena, il-Ħadd filgħodu saret il-11-il edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run.

Attività li daħlet fil-kalendarju annwali, l-ewwel waħda taħt il-Presidenza ta’ George Vella bl-għan prinċipali jinġabru fondi għal dawk l-aktar fil-bżonn.

Għal sena oħra din l-attività kellha erba’ postijiet tat-tluq. Dawk li mxew sal-Belt Valletta telqu mill-Università, Santa Venera, u Raħal Ġdid filwaqt li dawk li ġrew mir-Rabat.. kulħadd iltaqa’ ħdejn Bieb il-Bombi u mexa sa Pjazza San Ġorġ.

It-temp sabiħ f’din l-għodwa ta’ Jannar għen mhux ftit biex tinħoloq atmosfera mill-isbaħ u ta’ divertiment għal dawk preżenti.

Mal-wasla tagħhom fil-Belt Valletta, il-parteċipanti kollha ngħaqdu flimkien, immexxija mill-għola awtoritajiet tal-pajjiż.

Fuq quddiem nett, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius li mexxa delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien akkumpanjat fost l-oħrajn mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ, Sport u l-Ġlieda kontra l-Obeżità Ryan Callus.

Fi tmiem il-ġirja saret attivita’ f’Misraħ San Ġorġ fejn il-folla kienet indirizzata mill-għola awtoritajiet tal-pajjiż.

Il-Fun Run li jmiss se ssir f’Ottubru li ġej.