Sport Sport Ieħor

Iż-żagħżugħa Gauff eliminata mill-Open tal-Awstralja fir-rawnd tal-aħħar 16

(Ritratt: EPA)

Iż-żagħżugħa promettenti Cori Gauff falliet milli tgħaddi mal-aħħar tmienja ta’ Grand Slam għall-ewwel darba. Hi kienet megħluba mill-Amerikana Sofia Kenin 6-7, 6-3, 6-0 f’Melbourne. Gauff li għad għandha 15-il sena, uriet il-kwalitajiet tagħha fl-ewwel set iżda dehret għajjiena fit-tielet set.

Iż-żewġ tennisti għannqu lil xulxin fi tmiem il-logħba u anki spiċċa bid-dmugħ f’għajnejhom wara battalja bejn xulxin fil-Melbourne Arena. Kenin li għandha 21 sena, waqqgħet ir-racquet fl-art u tefgħet idejha quddiem wiċċha wara li għalqet il-logħba bit-tieni match point tagħha.

Fir-rawnd li jmiss, Kenin tilgħab kontra t-Tuneżina Ons Jabeur, b’tal-aħħar tegħleb lil Wang Qiang, it-tennista Ċiniża li eliminat lil Serena Williams. Għaliha din se tkun l-ewwel darba li se tilgħab waqt finali ta’ Grand Slam.