Lokali

Karozza tal-Linja titlef il-kontroll u tibqa’ dieħla f’ċint

Għall-ħabta tas-7.30 ta’ dalgħodu, karozza tal-linja kellha impatt ma’ ċint.

L-inċident seħħ fit-telgħa ta’ bejn Burmarrad u l-Mosta. Għal xi raġuni li għadha mhux magħrufa, jidher li x-xufier tal-linja tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u kawża ta’ dan, baqa’ dieħel f’ċint u laqgħet xi siġar.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.