Lisa Marie Bezzina kompliet ittejjeb ir-riżultati tagħha hekk kif irnexxielha terġa’ tikser ir-rekord nazzjonali fin-nofs maratona. F’tellieqa f’Sevilla, Bezzina waqqfet l-arloġġ f’siegħa, 17-il minuta u seba’ sekondi (1:17.07). B’hekk kisret ir-rekord ta’ siegħa, 17-il minuta u 40 sekonda li kienet għamlet fil-maratona ta’ Pisa f’Diċembru li għadda. Ir-rekord preċedenti kien ta’ Carol Walsh stabbilit fl-2003.
Is-sena 2019 kienet pożittiva għal Bezzina hekk kif minbarra l-maratona ta’ Pisa, fl-aħħar ta’ Mejju rebħet il-midalja tad-deheb fil-5,000 metru u l-10,000 metru waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru fil-Montenegro. F’Lulju hi rebħet il-kampjonat nazzjonali tal-10,000 metru.
Fl-ewwel reazzjoni tagħha, Bezzina rringrazzjat b’mod speċjali lill-kowċ tagħha Ivan Rozhnov tal-appoġġ u l-gwida tiegħu. Hi kellha kliem ta’ ringrazzjament ukoll għal dawk kollha li għenuha fosthom l-atleti li pparteċipaw f’din it-tellieqa u kienu ta’ għajnuna biex setgħet tikseb il-ħin mixtieq.
//= $special ?>