Lokali

Aġir klandestin tal-Prim Ministru Robert Abela

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna l-aġir klandestin tal-Prim Ministru Robert Abela meta llum sar magħruf mill-Birdlife li r-responsabbilità Ministerjali tal-infurzar tal-Liġijiet Ambjentali fejn jidħol kaċċa u nsib ġew moħbija inkiss inkiss fi ħdan ir-responsabbilità Ministerjali tal-Ministru għal Għawdex.  

Fi stqarrija, iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives Jason Azzopardi, il-Partit Nazzjonalista ddikjara li dan mhux sew u ma jagħmilx la sens u lanqas ħaqq, li s-suġġett ġie fdat għand Ministru li għandu interess vestit bħala kaċċatur hu nnifsu li jara li tali infurzar ma jseħħx.  

“Gvern li jaħbi u li jinqabad iqarraq bil-pubbliku huwa Gvern malinn, malizzjuż u li għandu l-faħam miblul,” iddikjara l-Partit Nazzjonalista.