Il-kantawtriċi ta’ 18-il sena Billie Eilish kaxkret l-aktar unuru prestiġjużi waqt is-serata tal-Grammy Awards f’Los Angeles.
It-tfajla Amerikana rebħet b’kollox 5 Grammy Awards, fosthom l-aqwa new artist u l-album tas-sena.
“Bad Guy” ingħatat il-Grammy ta’ Record of the Year.
“Higher” ta’ DJ Khaled ingħatat l-unur ta’ Best Rap.
“Say So” ta’ Pj Morton rebħet Best R&B Song.
Billie Eilish temmet is-serata bir-rebħ tal-aktar erba’ unuri importanti u saret l-ewwel personalita’ mid-dinja mużikali, sa minn żmien Christopher Cross fl-1981, li kaxkret l-aktar erba’ awards importanti.
Anke l-kantanta Lizzo kellha serata pożittiva fejn fost l-oħrajn ingħatat il-Grammy għal Best Pop Solo Performance.
Dawn l-unuri ilhom jingħataw għal aktar minn 60 sena.
//= $special ?>