Lokali Parlament

Gvern maqtugħ min-nies

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li dan hu gvern maqtugħ min-nies li taħtu ma ssolvewx il-problemi soċjali anki diversi problema soċjali kibru.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li dan hu gvern nofs kedda tal-fly-overs għaliex hu maqtugħ min-nies. Hu qal li mhux gvern tat-tirq għaliex taħtu inħolqu problemi fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali. Il-gvern miexi fi triq li mhu se twassal imkien.

Mill-2013 kienu allokati 10 postijiet mibnija ġodda mill-lista ta’ stennija li tammonta għal madwar 3,000. Hu qal li l-gvern mhux jitratta l-faqar bis-serjetà tant li din il-problema kompliet tikber; magħha kibret ukoll il-problema tas-solitudni li wkoll hi forma ta’ faqar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li gvern Nazzjonalista wettaq proġetti kbar fis-settur soċjali u semma’ l-2008/9 fejn saru proġetti kbar flk-akkomodazzjoni soċjali, skema ta’ equity sharing b’€6 miljuni, għajuna lill-persuni b’diżabbiltà, għanjuna lill-NGOs, policies ġodda mill-awtoritajiet soċjali u tlestew 215-il post u sar xogħol fuq 280 post ingħataw.

Ivan Bartolo qal li l-gvern tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat falla għaliex ma rax il-verità ta’ diversi familji li qed iseħħ fil-pajjiż