Lokali

“Il-karru li sar fuqi m’huwiex satira” – l-Arċisqof Charles J Scicluna

Fi kliem l-Arċisqof Charles Scicluna, il-karru li sar fuqu…m’huwiex satira.

L-Arċisqof għamel din l-istqarrija waqt intervista fuq ir-radju 103, fid-dawl tal-kontroversja li kien hemm fl-aħħar jiem dwar karru satiriku li ma tħallhiex jipparteċipa fil-Karnival ta’ din is-sena.

B’ton sarkastiku l-Arċisqof saqsa jekk fil-Karnival ta’ din is-sena hux se jkun hemm satira relatata ma’ stejjer kurrenti li smajna bihom f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Fost diversi temi oħra, huwa tkellem fuq l-immigranti u t-tbatija li qed jgħaddu minnha speċjalment fuq il-post tax-xogħol. Sostna li peress li pajjiżna jinsab fil-periferija tal-Ewropa qed jaffaċċja sifda kbira meta qed ikollu jilqa’ gruppi ta’ immigranti. 

L-Arċisqof qal li l-Knisja Maltija għandha ħafna sfidi fosthom il-fatt li rridu nressqu iktar nies lejn il-Knisja.  Huwa sostna illi hemm bżonn li kulħadd jagħmel ħiltu sabiex il-messaġġ tal-Knisja jasal għand kulħadd b’mod rispettuż.

Saħaq li lill-pajjizna hemm bżonn nagħtuh sinjali konkreti ta’ tama…..u huwa għalhekk li meta l-knisja tikkrika, tagħmel hekk għax trid il-ġid għal pajjiżna.