Fl-aħħar ħin tħabbret l-aħbar li miet missier David Jr, David Meilak, podologu magħruf sew fl-inħawi tal-Mosta.
Mal-aħbar ta’ mewtu kienu bosta li kitbu messaġġi sbieħ dwar David Meilak, fejn ħafna qalu li kien persuna sinċiera, saqajh mal-art u li bit-tbissima fuq fommu dejjem fittex li jgħin lil kulħadd.
Huwa kien ukoll Kunsillier tal-PN fil-lokalità tal-Mosta bejn l-1998 u l-2008, u bejn l-2010 u l-2015. Meilak kien ukoll l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-Forum SMEs Partit Nazzjonalista. Huwa kien ukoll wieħed mill-fondaturi ta’ dan il-Forum.

Intant il-Forum tal-Intrapriżi Żgħar u Medji tal-Partit Nazzjonalista (FSMEPN) sellem il-memorja ta’ David Meilak, li miet illum it-Tnejn 27 ta’ Jannar 2020.
Il-Partit Nazzjonalista, Il-Forum FSMEPN u l-Kulleġġ Kunsilliera PN jagħtu l-kondoljanzi lill-familja, l-qraba u l-ħbieb kollha ta’ David Meilak f’dan il-mument tant diffiċli.
//= $special ?>

