Il-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela jrid jagħti promozzjoni lil Konrad Mizzi billi jaħtru bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Ko-Operazzjoni fl-Ewropa.
Ironikament, din il-ħatra ġdida għal politiku li attwalment m’għandu l-ebda kariga, qed issir filwaqt li pajjiżna irid mill-aktar fis ifieq mill-agħar kriżi fl-istorja politika.
Fid-dawl ta’ dan, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddikjara li dan hu nsult lejn il-poplu Malti u Għawdxi, li jrid li f’pajjiżna ssir ġustizzja minnufih ma’ dawk kollha li kellhom rwol prominenti biex issir din il-ħsara irreparabbli.
Il-ħatra ġdida lil Konrad Mizzi fadlilha biss l-approvazzjoni tal-Parlament, fejn il-Gvern Laburista għandu maġġoranza, biex tidħol fis-seħħ.
L-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota kontra din il-proposta, hekk kif “pajjiżna jixraqlu aħjar.”
//= $special ?>