F’kummenti aktar kmieni dalgħodu lill-MaltaToday, il-Prim Ministru Robert Abela stess ikkonferma li Joseph Muscat kien preżenti f’Kastilja ftit tal-jiem ilu biex ilaqqgħu ma’ Steward Healthcare.
Abela saħaq li fuq id-deal ma’ Steward “hu miftuħ għal kollox”, filwaqt li kkonferma li ta’ Steward iridu li l-ftehim jerġa’ jiġi negozjat.
Steward Healthcare qed imexxu l-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u jidher li l-laqgħa f’Kastilja saret għaliex Steward iridu iktar flus mill-Gvern u tibdil fil-kuntratt iffirmat mal-Gvern.
//= $special ?>