Lokali Qorti

Keith Schembri, Sai Mizzi, Konrad Mizzi, Brian Tonna u Nexia BT qatt ma ġabu negozju lil MFSA

Iċ-Chairman tal-MFSA Joe Bannister

L-eks Kap tal-MFSA Joe Bannister qal li Keith Schembri, Sai Mizzi, Konrad Mizzi, Brian Tonna u Nexia BT qatt ma kienu rikonoxxuti bħala business introducers? Tenna li fl-esperjenza tiegħu, qatt ma ġabu negozju għall-MFSA.

L-eks Chairman tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) kien qed jixhed quddiem il-Bord ta’ Inkjesta. Sadanittant il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino qallu li hemm bżonn li jgħaddielu l-informazzjoni kollha, u jkun ċar fit-tweġibiet tiegħu, u dan għaliex ix-xhieda qegħdin ifarfru, u jgħidu li mhumiex responsabbli u jwieġbu, ‘mhux jien staqsu lil ħaddieħor’.

Minn naħa tiegħu Joe Bannister, l-eks Chairman tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) li kien ix-xhud prinċipali ta l-assigurazzjoni tiegħu li huwa kien se jgħid dak kollu li jaf.

Meta kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika quddiem il-Bord presedut minn l-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino, l-eks Imħallef Michael Mallia u l-Imħallef Abigail Lofaro, Bannister qal li huwa kien Chairman tal-MFSA mill-1995 sal-1997 u waqaf għaliex spiċċalu l-kuntratt.

Fl-1999 reġa’ daħal fl-MFSA u kien irtira minħabba problemi familjari f’Marzu tal-2018. Mistoqsi jekk irċeviex rapporti fuq il-Bank Pilatus mingħand l-FIAU.

Bannister qal li fi żmienu kien hemm tliet persuni jmexxu. Semma lis-Sur Carbone, u mbagħad Andre Camilleri u Marianne Scicluna kienet ġiet appuntata madwar ħames jew sitt snin ilu.

Qal li ma kellux kuntatt miegħu. u tenna li l-liċenzja għall-Bank Pilatus ħarġet meta kien jieħu ħsieb hu. Qal li l-li l-promoter tal-Bank Pilatus kienet il-kumpanija KPMG.

Il-Bord staqsa lil Bannister jekk kienx jaf lill-Kap tal-Bank Pilatus u huwa wieġeb fl-affermattiv u qal ukoll li fil-pre-licensing kien jarahom hu, f’dal-każ KPMG – kien ikun hemm is-sejħa għar-regolaturi u kienu jassessjawha biex jaraw hux istituzzjoni kredibbli.

La darba l-proċess kien jimxi biex toħroġ liċenzja, huwa ma kienx ikun involut. Bannister qal ukoll li kienet tedjanti għalih li ħafna drabi ġieli kien isir jaf affarijiet mill-gażżetti. Il-Bord staqsa lix-xhud: Meta Caruana Galizia ħarġet dawn l-istejjer, l-MFSA m’għamlet l-ebda indaġni?

Bannister qal li kien ikun hemm superviżjoni, imma ma kienx infurmat x’rapporti saru u x’rapporti jew jekk ntbagħtu lill-FIAU. L-Avukat Andrew Borg Cardona semma lil Konrad Mizzi, Keith Schembri, Nexia BT, fost oħrajn. dwar meta ħarġu l-Panama Papers.

Staqsa jekk l-MFSA għamlitx xi ħaġa dwarhom, partikolarment fir-rigward tar-reputazzjoni ta’ Malta. Bannister qal li ħadd ma kien liċenzjat mill-MFSA. Timmoniterjahom trid. Tenna li meta kienu jaraw xi ħaġa ħażina kienu jirrappurtaw lill-FIAU. sosna ukoll li r-rapporti fuq il-Bank Pilatus kienu jsiru mill-Kunsill Superviżorju u mhux minnu.

Sostna wkoll li ma kienx il-Bord li rtira l-liċenzja tal-Bank Pilatus, imma kien il-Kunsill Superviżorju. Bannister qal li l-ittra tal-irtirar tal-liċenzja ma ġietx mogħtija lilu biex jiffirmaha, imma lilu qalulu li wara s-sanzjonijiet Amerikani fuq il-Kap tal-Bank Pilatus, kellha tiġi rtirata l-liċenzja. Qal ukoll li f’Malta l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin.

L-Avukat Andrew Borg Cardona semma wkoll lil Keith Schembri, Sai Mizzi, Konrad Mizzi, Brian Tonna, Nexia BT – jistaqsi jekk dawn kinux rikonoxxuti bħala business introducers? Huwa qal li fl-esperjenza tiegħu, qatt ma ġabu negozju lill-MFSA.

Bannister qal li r-rappreżentant tal-MFSA fuq il-bord tal-FIAU kien Anton Bartolo. Tenna li ħafna nies kienu jaħsbu li kien hu stess, iżda ma kienx u qal li Bartolo kien ukoll Chairman tal-Moneyval.

Bannister saħaq ukoll li huwa kien għamel proposta lill-Gvern li l-FIAU tittieħed taħt l-amministrazzjoni tal-MFSA peress li l-FIAU kellha problema ta’ flus, iżda din “waqgħet fuq ruħ ommha.” Mistoqsi fuq meta bdew ħerġin l-istejjer, jekk irreaġixxietx l-MFSA.

Huwa qal li għalkemm id-dettalji ma jafhomx, huwa ċert li l-investigazzjonijiet kienu għaddejjin. Mistoqsi kienx sodisfatt bl-investigazzjoni, huwa qal li ma kellux dubju fl-istaff, li sejjaħlu bħala ‘nies ta’ talent’.

Mistoqsi jekk kienx jikkonsulta mal-Prim Ministru, qal li mhux wisq. Tenna li l-aktar li kienet issir konsultazzjoni mal-Prim Ministru kien fuq affarijiet barranin, per eżempju fuqhiex se jkun l-impatt ta’ Brexit fuq is-sitwazzjoni finanzjarja.

Bannister qal li qatt ma kien jirrapporta lill-Prim Ministru fuq il-Bank Pilatus. Qal li meta bdew ħerġin l-istejjer, huwa għamel kuntatt ma’ Juanita Bencini mill-KPMG. L-Imħallef Abigail Lofaro staqsiet jekk huwiex konsulent mal-Gvern. Qal li minħabba kwistjoni familjari talab li jirtira u mhux jirriżenja mill-MFSA.

Saħaq ukoll li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien talbu biex jibqa’ konsulent fuq l-affari ta’ Brexit, imma mhux fuq din il-kwistjoni. Huwa baqa’ konsulent sal-aħħar tat-terminu ta’ Joseph Muscat. Bannister qal li l-MFSA għandha xogħolha, lil hinn mill-Gvern.

Jgħid li m’għandux dubju li xogħolha kienet qed tagħmlu. Bannister qal ukoll li sakemm kien hemm hu, Nexia BT ma kellha l-ebda liċenzja. Fil-bidu kompla jixhed l-eks Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, liema xhieda kienet bil-magħluq.