Il-Prim Ministru Robert Abela għaldarb’oħra illum wera biċ-ċar li l-affarijiet minn taħt Joseph Muscat għal taħt it-tmexxija tiegħu ma nbidlu assolutament xejn.
Dan wara li fil-Parlament Malti l-Gvern propona li l-eks Ministru Konrad Mizzi jingħata pożizzjoni fi ħdan l-OSCE. Ġie propost li Mizzi jinħatar minflok Rosianne Cutajar bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Ko-Operazzjoni fl-Ewropa.
Minflok qiegħed iwarrbu, Robert Abela qed jipproponi li jpoġġi lill-eks Ministru mċappas b’allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni f’kariga li jirrappreżenta lill-Gvern u lil pajjiżna fl-ogħla istituzzjonijiet.
Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista mistenni jivvota kontra din in-nomina.
//= $special ?>