Lokali

Mara mil-Litwanja tittajjar f’San Ġiljan

Mara ta’ 26 sena mil-Litwanja, residenti San Ġiljan, sofriet ġrieħi gravi merta kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-sebgħa u nofs, fi Triq Ġorġ Borġ Olivier seħħet ħabta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti r-Rabat u vettura tat-tip Suzuki misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti l-Imsida.

Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni. Kawża tal-impatt bejn iż-żewġ vetturi, il-mara mil-Litwanja, li kienet qed taqsam it-triq, intlaqtet mill-vettura tat-tip Suzuki.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.