Lokali Qorti

Olandiż mixli b’importazzjoni tad-droga kokaina

Żagħżugħ Olandiz ta’ 23 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke fuq akkużi relatati ma’ traffikar tad-droga kokaina. Xafiero Lantveld, imwieled fis-Surinam, li iżda għandu passaport Olandiż kien arrestat fil-lukanda Roma tas-Sliema mill-Iskwadra ta’ Kontra Droga.

Dan seħħ wara li kienu rċevew informazzjoni li kien qed jimporta d-drogi f’Malta. Il-Pulizija qalet fil-Qorti li fil-pusses tiegħu kellu disa’ kapsuli ta’ kokanina. Il-Pulizija qalet ukoll li r-raġel kien diġà biegħ kapsula qabel ma huma arrestawħ.

Il-raġel wieġeb li ma kienx ħati bl-akkużi, li huma t-traffikar tal-kokaina, l-impurtar tagħha, il-provvista jew id-distribuzzjoni u il-pusses tad-droga. Huwa kien mixli wkoll li assoċja ruħu ma’ persuni oħra biex jittraffika d-droga kokain, li ssuplixxiha u li kuen fil-pusess tagħha.ż

L-Avukat tal-Għajnuna Legali Leontine Calleja, li deheret għall-akkużat qalet li f’dan l-istadju ma kinitx se tagħmel talba għal libertà proviżorja. L-Ispettur Mark Anthony Mercieca mexxa l-Prosekuzzjoni.