Lokali Parlament

Robert Abela jaħtar lil Konrad Mizzi f’kariga Ewropea

Il-Gvern appunta lill-ex Ministru Konrad Mizzi bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) minflok Rosianne Cutajar li issa nħatret Segretarju Parlamentari.

L-ex Ministru Konrad Mizzi irriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Ministru tat-Turiżmu fl-eqqel tal-kriżi ta’ ftit ġimgħat ilu li wasslet għar-riżenja ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru.

Flimkien mal-ex-Chief of Staff tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, l-ex Ministru Konrad Mizzi fetaħ kumpaniji fil-Panama f’wieħed mill-ikbar skandli internazzjonali.

Fil-parlament, hekk kif tħabbret din in-nomina, l-Oppożizzjoni – permezz tal-Viċi-Kap David Agius – sejħet għal division biex tkun tista’ tivvota kontra din in-nomina.