Hija rebħa għall-PD l-elezzjoni reġjonali fl-Emilia-Romagna, elezzjoni li għall-Mexxej tal-Lega Matteo Salvini kienet kważi ‘referendum’ fuq il-governanza tal-pajjiż.
In-nies ħassew li kellhom iwasslu messaġġ bil-vot tagħhom, tant illi it-turnout f’dan ir-reġjun kien id-doppju mis-soltu; reġjun Taljan li storikament dejjem ixaqleb lejn il-PD.
B’dan ir-riżultat, Stefano Bonaccini (PD) kien konfermat bħala gvernatur tar-reġjun. Il-partit taċ-5 Stelle kiseb biss 4% tal-voti, filwaqt li l-Lega baqa’ fl-istess ilma.
Fir-reġjun tal-Calabria rebħet Jole Santelli tal-partit Forza Italia, biex b’hekk dawn l-elezzjonijiet kienu pożittivi anke għal Silvio Berlusconi.
//= $special ?>