Lokali Parlament

Waħda wara l-oħra: Justyne Caruana maħtura President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-abbozzi ta’ liġijiet

Il-Ministru għal Għawdex kellha tirriżenja

Issoktat il-kontinwità tal-Prim Ministru Robert Abela wara li kiseb is-siġġu tal-poter mingħand Joseph Muscat – u tul il-jum tat-Tnejn il-verità wara l-patt dijaboliku msemmi minn Abela stess beda juri snienu.

Dan hekk kif wara li l-Ministru Clint Camilleri, li huwa kaċċatur, ingħata r-responsabbiltà fuq il-passatemp tal-kaċċa u l-eks Ministru Konrad Mizzi ġie propost sabiex jirrappreżenta lill-Gvern fl-OSCE – finalment kellha tinżamm bi tbissima l-issa eks Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana.

Ftit jiem biss wara li Caruana ġiet sforzata tnewwel ir-riżenja wara li r-raġel tagħha u eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta kellu relazzjoni amikevoli man-negozjant Yorgen Fenech – akkużat b’kompliċità fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia – Robert Abela ħatar lil Justyne Caruana bħala President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-abbozzi ta’ liġijiet, minflok Stefan Zrinzo Azzopardi.

Minflok qed iwarrab dawk il-persuni b’allegazzjonijiet madwarhom, Robert Abela qed jaħtarhom f’pożizzjonijiet ta’ responsabbilità.