Lokali

Airbus A350 ġdid għall-manutenzjoni f’pajjiżna

Wasal f’Malta l-ewwel ajruplan tat-tip Airbus A350 ta’ Lufthansa.

Lufthansa Technik Malta intagħżlet minn fost ic-centri ta’ Lufthansa minn madwar id-dinja biex tagħmel il-manutenzjoni fuq dan l-aktar ajruplan A350 ricenti li għandha l-kumpanija.

Dan l-Airbus modern li għandha Lufthansa huwa wieħed ‘state-of-the-art’ u jista’ jilqa’ fih kważi 300 passiġġier.

F’konferenza tal-ahbarijiet, il-Kap Eżekuttiv ta’ Lufthansa Technik Malta Marcus Mostchenbacer, qal li dan huwa tragward ieħor għall-fergħa tat-tiswijiet Maltija, hekk kif il-kumpanija Ġermaniża se tkun qed tafda l-aħħar ajruplan fil-flotta bl-isem ‘Stuttgart’ lill-ħaddiema Maltin.

Lufthansa Technik bdiet topera f’Malta lura fl-2003 u kabbret il-ħidma tagħha f’Malta fl-2008 taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, biex b’hekk tat opportunità għal eluf ta’ studenti Maltin biex jaħdmu f’dan is-settur tal-avjazzjoni, xi ħaġa li għadha tħalli l-frott sal-lum.

Ikkummenta