Futbol Sport

Aston Villa jiksbu rebħa drammatika u se jilagħbu l-finali tal-League Cup f’Wembley

(Ritratt: EPA)

Aston Villa se jilagħbu l-finali tal-League Cup f’Wembley Stadium wara li kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 f’Villa Park fuq Leicester. Huma jistennew l-avversarji tagħhom bejn Manchester City u Manchester United, b’tal-ewwel jirbħu 3-1 l-ewwel logħba.

Matt Targett fetaħ l-iskor wara 12-il minuta b’xutt djagonali fil-baxx, b’Kelechi Iheanacho jġib id-draw fit-72 minuta meta kompla għal ġewwa wara kross fil-baxx mix-xellug ta’ Harvey Barnes. Bir-riżultat tal-ewwel logħba ntemm 1-1, dehret li mhux se tkun deċiża sad-90 minuta, iżda Trezeguet skorja l-gowl tar-rebħa fit-93 minuta b’konklużjoni mill-ewwel wara kross fit-tul.

Fi tmiem il-logħba, il-partitarji ta’ Aston Villa ċċelebraw billi qabżu fil-pitch hekk kif poġġew fil-ġenb għal ftit ħin id-diffikultajiet fil-kampjonat.

League Cup

Semifinali

Illum: Aston Villa v Leciester 2-1

Għada: Manchester City v Manchester United  8.45pm

Ikkummenta