Lokali Parlament

Il-gvern ġab instabbiltà fin-negozju

Arkivji

  • Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern Laburista ġab instabbiltà politika, soċjali u ekonomija minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena li ħa.

Fl-Aġġornament Edwin Vassallo qal li l-GRTU ħabbret l-istħarriġ dwar l-attività ekonimika fl-2019 fejn jirriżulta li fl-2018 in-negozju kien aħjar mill-2019. Dan meta suppost li kulħadd kien qed jistenna li n-negozju jkun aħjar mill-2018. L-inkwiet hu li l-maġġoranza tas-sidien qalu li n-negozju mar ħażin minħabba l-instabbiltà politika u ekonomika tal-pajjiż. Li kieku ma kienx hawn din l-instabbiltà, il-konsumaturi kienu jonfqu iktar u ma kienx ikun hawn l-istat li l-pajjiż jinsab fih issa.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan għadu l-gvern ta’ Joseph Muscat għaliex hu l-istess gvern li kien elett seba’ snin ilu minkejja t-tibdila tal-prim ministru. Minkejja li Robert Abela wieħed kontinwità fil-ġid, il-poplu qed jistaqsi min hu l-prim ministru. Dan minħabba d-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela li qed iqanqal inċertezza politika. Robert Abela wiret tant ħmieġ li fejn jipprova jħammeġ, joħroġ iktar ħmieġ. L-attività ekonimika qed tistaġna fil-pajjiħ. Għakhekk il-gvern għandu jieħu l-aħjar deċiżjonijiet biex dan ma jibqax iseħħ.

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassalo kompla li l-aħħar rapport tal-Bank Ċentrali jikkonferma l-istħarriġ tal-GRTU fejn jistabilixxi li l-attività kummerċjai fil-pajjiż qed tieqaf. Hu semma’ l-kostruzzjoni fejn il-Bank Ċentrali jikkofnerma dak li qalet l-MDA meta stabbiliet li dan is-settur waqaf għaliex ħadd m’għandu kuraġġ jibqa’ proġett ġdid. Il-Bank Ċentrali wkoll ikkonferma dan it-tnaqqis f’settur li fih kien il-fiduċja neċessarja iżda li fl-2019 ħa daqqa ‘l isfel.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan l-effett qed jinħass ukoll fl-industrija u żied li anki l-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-gvern biex jieħu passi dwar is-sehem tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat fl-indħil tiegħu mal-gvern biex iġiegħel lill-gvern iġedded il-kuntratti tal-isptarijiet ma’ Steward.

Il-Kamra tal-Kummerċ u l-PN ressqu proposti konkreti dwar goveranza serja u ġusta iżda l-gvern Laburista ma tax widen. Dan filwaqt li l-anki l-GRTU qablet mal-pożizzjoni li qed jieħu l-PN quddiem din is-sitwazzjoni biex ikun hawn kompetizzjoni ġusta.

Edwin Vassallo qal li l-gvern ġab diffikultajiet fis-soċjetà biex il-familji jlaħħqu mal-ħajja. Dan hu l-kollass ekonomiku li qed iseħħ fil-pajjiż. Dan l-istaġnar ekonomiku qed iġibu b’idu l-gvern Laburista. Il-mexxejja tal-PL kienu jafu x’se jagħmlu saħansitra qabel rebħu l-elezzjoni tal-2013.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-konsulenza li Konrad Mizzi ingħata mal-MTA li kienet se tammonta għal €80,000 u li issa kienet irtirata. Hu kkritka wkoll il-konsulenza li ngħata l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar wara li dan irriżenja mill-kariga. Id-demokrazija fil-pajjiż m’għadhiex fil-livelli li kienet u għalekk l-ekonomija qed tistaġna.

Ħadd m’hu qed jimpurtah minn din is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż, sostna Edwin Vssallo, li kompla li biex l-ekonoija tirplija jrid ikun hemm ġustizzja li ssir. Il-poplu qed jistenna ġustizzja.

Jeħtieġ li l-poplu jerfa’ r-responsabbiltà għax jixraqlu aħjar, qal Edwin Vassallo, li qal li l-PN hu l-gvern alternattiv u warajh irid jgħaqqad forza ta’ Maltin biex il-pajjiż jingħata l-ġustizzja u d-demokrazija waqt li l-ekonomija tirpilja. Hu appella biex ikun l-għaqda meħtieġa biex il-pajjiż jingħata t-tama u l-ġejjieni li jixraqlu.