Lokali Parlament

Il-parlament għandu jibgħat sinjal ta’ tama

  • Claudio Grech, PN

Jeħtieġ li jinqala l-mudell tal-mobilità soċjali mill-għeruq foshotm billi t-tfal ikunu riżorsa ta’ talent li ma jintilifx.

Dan sostnieh id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech fil-parlament fejn qal li l-pajjiż qed jgħix klima surreali li kienet trasmessa fid-diskors tal-ftuħ tal-Ministru tal-Finanzi meta ressaq l-estimi, meta pprova jargumenta li l-ħtija tat-tkissir tar-reputazzjoni ta’ Malta ma kinitx tal-gvern Laburista. Il-poplu se jkollu jħallas.

L-iskema tal-bejgħ tal-passaporti kissret ir-reputazzjoni ta’ Malta

Fl-2013 il-PL kellu opportunità li jbiddel ix-xenarju politiku tal-pajjiż għaliex kellu maġġornaza kbira. Il-gvern Laburista poġġa l-individwaliżmu fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Hu semma’ d-diversi kuntratti skandalużi li għamel dan il-gvern fosthom l-isptarijiet, il-power station, l-electrogas u diversi oħrajn.

L-Isptar San Luqa fejn kellu jsir proġett kbir ta’ modernizzar
iżda li s’issa għadu ma sar xejn fih

Fuq punti ta’ informazzjoni l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li dawn il-proġetti m’għaddewx minn taħt il-ministru tiegħu u li dawn kienu approvati mill-Kabinet; għalhekk il-Ministeru tal-Finanzi kellu jpprovdi l-finanzi.

Dawn il-proġetti għaddew minn taħt il-Ministru tal-Finanzi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hu jifhem li l-Ministru tal-Finanzi ipprova jiddistakka lilu nnfisu minn dan il-proġetti.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna pprova jiddistakka lilu nnifsu
mill-proġett skandlużi tal-gvern Laburista

Claudio Grech qal li dak ukoll kien gvern Laburista u li sostna li kien ħażin li l-isptarijiet ingħataw lill-VGH. id-dibattiti fil-pajjiż għandhom jitrattaw dwr id-drezzjoni li għandu jieħu l-pajjiż; irridu naħdmu lejn viżjoni f’dan il-pajjiż.

Il-kwalità tal-ħajja u l-ġid għandhom jibqgħu fiċ-ċentru tal-ġid komuni; il-parlament m’għandux ikun wieħed artifiċjali, sostna Claudio Grech, li appella biex tibd diskussjoni dwar kif is-surplus għandu jgħin biex titjieb l-edukazzjoni.