Lokali

Il-President qatt ma kien parteċipi mal-ebda grupp

B’referenza għall-istqarrija maħruġa llum mill-Voice for Choice, l-Uffiċċju tal-President iċċara li kuntrarju għal dak li ġie rrappurtat b’intenzjonijiet mhux ċari, il-President qatt ma kien parteċipi ma’ ebda grupp, lemini jew xellugi, li kien kontra d-drittijiet ċivili bħad-divorzju, l-IVF u l-LGBTIQ. Dawn l-allegazzjonijiet huma kompletament bla bażi.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President tenna li l-President qatt ma sab diffikultà li jkun ċar dwar x’jaħseb fuq id-dritt għall-ħajja. Din il-pożizzjoni hi magħrufa u mhix se tinbidel. L-allegazzjonijiet ta’ Voice for Choice huma żbaljati għax l-Uffiċċju tal-President ma ftiehemx li jagħmel xi manifestazzjoni pubblika dwar dan is-suġġett.

Kull mhu maqbul mal-Uffiċċju tal-President hu li l-Ħadd li ġej, il-President jattendi għal Quddiesa Favur il-Ħajja, kif għamlu Presidenti ta’ qablu, sena wara sena. Wara l-Quddiesa, hu ppjanat li titkompla l-attività fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.