Lokali Qorti

Imħallef irtirat jingħata kumpens ta’ €9000 fuq artiklu li deher f’ġurnal

Imħallef irtirat ingħata kunpens ta’ €9000 fuq artiklu li kien sar f’ġurnal li kien jikkontjeni allegazzjonijiet li huwa kien ibbenefika minn minn pensjoni tal-istat, miżjuda mal-pensjoni regolari tiegħu, anke jekk ma kienx qed jissodisfa l-kriterji tas-servizz meħtieġ.

L-eks Imħallef u eks Membru Parlamentari Laburista kien ippreżenta kawża ta’ libell għad-danni kontra l-ġurnalist tat-Times of Malta Ivan Camilleri u l-Edituri Mark Wood u Herman Grech, fuq artiklu ppubblikat kemm online kif ukoll fil-gażżetta f’Mażrzu tal-2018.

Il-Maġistrat Victor Axiaq qal li l-artiklu huwa malafamanti fuq persuni li f’moħħ l-artikolist kellu motivazzjonijiet politiċi biex jiġi mgħejjun mill-Gvern u dan ukoll peress li huwa persuna esposta għall-pubbliku.

Il-Maġistrat osserva li l-ġurnalist donnu ried li jagħmel distinzjoni bejn dak li jirċievu persuni normali u għal dawk il-ftit privileġġati. X’kellu f’moħħu l-awtur tal-istorja, dan ma jiġġustifikax li wieħed jikteb b’dan il-mod, artiklu li kien kollu suppożizzjonijiet.

Il-Qorti qalet li minflok ġiet attakkata s-sistema tal-pensjonijiet tal-Membri Parlamentari, l-awtur iddeċieda li jattakka l-integrità ta’ persuna li bniet il-karriera professjonali tagħha, esklussivament fuq l-integrità u ta’ bniedem fdat bħal Imħallef fl-ogħla Qrati Malta.

Il-Maġistrat Axiaqa qal li fl-ebda stadju mal-awturi tal-ariklu ma skużaw ruħhom għal dawn l-allegazzjonijiet, anke meta ġew kontradetti minn fatti li ħarġu. Anzi komplew jinsistu fuq il-veriċità ta’ fatti, li qatt ma ġew ippruvati.

Riżultat ta’ dan l-artiklu, l-Awditur Ġenerali kellu jispiċċa jinvestiga lill-Imħallef irtirat, u ma sab xejn ħażin. Minħabba dawn il-fatti, l-Qorti ordnat lill-ġurnal biex jagħti kumpens ta’ €9000 lill-Imħallef Sciberras, fejn ġie dikjarat li l-artiklu kienet wieħed malafamanti.