Futbol Sport

Imut l-eks plejer ta’ Floriana Tony Vella

Il-Ħadd filgħaxija tħabbret il-mewt tal-eks plejer u captain ta’ Floriana fis-snin 40 u 50 Tony Vella fl-età ta’ 88 sena. Prodott ta’ Floriana u wisq aktar ta’ Floriana Ajax, kien għamel id-debutt fl-ogħla diviżjoni fl-età ta’ 16-il sena meta fit-28 ta’ Frar 1948 lagħab kontra Melita.

Fl-istess sena ddebutta mas-selezzjoni tal-MFA kontra Rapid Vienna u sena wara fit-tim nazzjonali taż-żgħażagħ fit-tournament ta’ Palermo. Ma’ Floriana rebaħ xejn anqas minn ħames kampjonati, erba’ darbiet l-FA Trophy u erba’ darbiet il-Cassar Cup.

Fl-1955, hu emigra lejn l-Awstralja fejn hemmhekk lagħab mat-tim tal-Maltin George Cross u fis-snin 1959 u fl-1960 ġie magħżul bħala l-aħjar plejer tal-klabb. Huwa kien ukoll kowċ mal-istess klabb bejn l-1959 u l-1983.