Lokali

Keith Schembri jerġa’ jħalli l-pajjiż

Jitlaq lejn Londra kmieni dalgħodu

Kmieni dalgħodu l-eks Chief of Staff ta’ Staff ta’ Muscat Keith Schembri ħalla Malta fuq titjira lejn il-kapitali Ingliża Londra; it-tielet vjaġġ f’temp ta’ ftit ġimgħat wara dawk fl-Italja (ftit qabel l-Ewwel tas-Sena) u f’Tuneż aktar riċenti.

Keith Schembri deher jagħmel iċ-Check-in tiegħu għat-titjira lejn Londra, fejn inqabad minn ritratti li ppubblika fuq il-media soċjali l-avukat Jason Azzopardi.

F’dan ir-ritratt, Schembri jidher bil-mobile f’idu.

Skont testimonjanzi li ingħataw fil-Qorti, Keith Schembri għadu qed jiġi investigat fuq akkużi serjissimi ta’ qtil u tbgħabis ta’ evdenza fil-każ ta’ Caruana Galizia.