Lokali

Konrad Mizzi kien se jieħu €80,000 fis-sena

Konrad Mizzi rriżenja minn Ministru tat-Turiżmu fis-26 ta’ Novembru. Gimghatejn wara, hu ingħata kuntratt ta’ konsulenza mal-Awtorita’ tat-Turizmu.

Skont il-kuntratt ippublikat fil-media lokali, Konrad Mizzi kellu jdahhal aktar mid-doppju ta’ kemm taqla’ familja medja f’pajjizna. Mizzi kellu jdahhal fil-but 4 darbiet aktar mill-paga medja ta’ haddiem Malti u 24,000 ewro aktar minn kemm kien idahhal bħala Ministru.

Dan huwa l-kuntratt favoluż li ffirma f’Dicembru li ghadda l-eks Ministru Laburista, biex jaghti servizzi ta’ konsulenza lill-MTA – kuntratt li qatt ma kien pubbliku u li l-Gvern Laburista zammu mohbi.

Waqt avveniment li għalih kienet mistiedna l-media, il-Ministru tat-Turizmu Julia Farrugia Portelli insistiet li minflok taqbad u tieħu azzjoni, hi kienet se tieħu parir legali. Farrugia Portelli qalet li ma kienitx taf li Mizzi kellu dan il-kuntratt li jaqa’ taħt il-Ministeru tagħha.

Sigħat wara dawn il-kummenti, Farrugia Portelli ħarġet stqarrija, fejn qalet li l-kuntratt ta’ Mizzi ġie terminat u li tiegħu hu qatt ma tħallas.

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, minn naha tieghu, ħares lejn il-mistoqsijiet dwar dan is-suġett bħala logħba li ma jridx jilgħab.

Intant, fi stqarrija mahruga t-Tnejn, il-PN talab spjegazzjoni immedjata mill-Prim Ministru Robert Abela dwar il-kuntratt oxxen li kien ingħata l-eks Ministru tal-Panama Papers Konrad Mizzi.

Iżda f’nofs din il-konroversja ġdida, Robert Abela ghazel li jhalli pajjiżna u jmur fuq żjara fil-Parlament Ewropew. Incidentalment, fl-istess perijodu li fih anke l-eks Chief of Staff ta’ Kastilja, Keith Schembri, jinsab barra l-pajjiż.