Lokali

Lawrence Cutajar daħħal aktar minn €12,000 f’bonuses meta kien Kummissarju

L-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawerence Cutajar daħħal ‘il fuq minn €12,000 fi ħlas addizzjonali waqt li kien fil-kariga tiegħu.

Din l-aħbar xokkanti kienet żvelata mill-Ministru għall-Affarijiet Interni Byron Camilleri wara li kien mistoqsi mid-deputat Nazzonalista Beppe Fenech Adami.

Il-Ministrui qal li Cutajar kien kiseb bonus f’kull sena tal-mandat tiegħu, bl-eks Kummissarju tal-Pulizija jirċievi €5,582 fl-2018.

Cutajar kien inħatar Kummissarju tal-Pulizija f’Awwissu tal-2016 u rriżenja l-ġimgħa li għaddiet, ftit wara l-ħattra ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru.

Madankollu, ftit tal-jiem wara Cutajar kiseb paga ta’ €31,000 fis-sena f’konsulenza fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni.