Lokali Qorti

Mara akkużata li kkummissjonat il-ħruq ta’ karozza tingħata l-libertà proviżorja

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Mara li qed tiġi akkużata li kkummissjonat il-ħruq ta’ karozza Mercedes f’Novembru li għadda fil-Belt, Valletta, ngħata il-libertà proviżorja, hekk kif fil-Qorti Spettur tal-Pulizija spjega kif il-leħen tagħha kien ingħaraf minn telefonata waqt booking li kien qed isir għal taxi għaż-żewġ persuni li allegatament taw in-nar lill-karozza.

Judith Bakoush ta’ 29 sena u Omar Joseph Trabelsi ta’ 31 sena qegħdin jiġu mixlijin li taw in-nar u li kkawżaw ħsara kbira fuq il-karozza Mercedes u oħra li kienet ipparkjata maġnenba.

Bakoush, li deheret imbikkma fl-awla tal-Qorti ppruvat tinterrompi diversi drabi hekk kif l-Ispettur Jeffrey Scicluna ta spjega lill-Maġistrat Rachel Montebello ta kif seħħew l-affarijiet fl-investigazzjonijiet, fejn qal li dawn bdew wara li l-Pulizija rċeviet rapport dwar il-fatt li kien hemm Mercedes qed taqbad fil-Belt.

Huwa qal li tant kien qawwi n-nar li l-blokk ta’ appartamenti fil-viċin kellu jiġi evakwat, u kellu jitpoġġa wkoll uffiċjal tas-sigurtà maturl il-lejl wara li n-nar ġie kkontrollat.

Ma kien hemm ebda filmati minn xi CCTV camera biex jindika kif il-karozza ngħatat in-nar, l-Pulizija kienet irċeviet nformazzjoni anonima, li Bakoush, omm ta’ tliet itfal li tgħix fuq il-benefiċċji soċjali, kienet bagħtet żewġ Sirjani, biex jagħtu n-nar lill-karozza.

Il-Pulizija vverifikat il-vjaġġi kollha tal-kumpaniji li jaħdmu bħala taxis, għal dik il-ġurnata u nnutata waħda li waqfet fejn kienet toqgħod Bakoush, eżatt fejn ir-residenza tagħha.

Ix-xhud qal li iżda is-CCTV qabdet lil ċertu Ahmed al Furjani jidħol f’taxi u lil Omar Trabelsi jitkellem max-xufier tat-taxi. Il-Pulizija ordnat kopji tar-recordings tat-telefonati kollha li fihom saru l-bookings għat-taxi. In-mumru tat-telefon huwa ta’ Bakoush u leħinha ġie rikonoxxut fit-telefonata, anke jekk hija użat isem falz, dak li għandu x’jaqsam ma’ Trabelsi meta għamlet il-booking.

Ix-xufier tat-taxi kien saq lir-raġel għall-pompa tal-petrol u assistih waqt li kie qed jixtri l-fuel. Dan kien qed iġorr żewġ flixken li jesaw żewġ litri l-wieħed u kellu diffikultà biex jimlihom bil-petrol, iżda rnexxielu.
Trabelsi deher jitlaq mit-taxi, jieħu l-flixken bil-petrol mill-but tal-karozza, u mar fid-dar ta’ Bakoush. Raġel li mhux identifikat deher jitkellem max-xufier.

Kien hemm ħames persuna fid-dar tagħha dak inhar, qal l-Ispettur.
Wara persuna deher iħalli d-dar b’wiċċu mgħotti. Raġel ieħor deher ħiereġ u li beda jgħatti rasu. Il-filmati juru wkoll lil Trabelsi iġorr il-flixken bil-petrol.

Waqt li l-karozza ħadet in-nar, persuna li kienet liebsa l-istess ħwejjeġ bħal ta’ Trabelsi, deher jiġri kemm jiflaħ u jħalli x-xena, qal l-Ispettur. Wiċċu ma deherx sew fuq il-filmati, kien ibblerjat. Iż-żewġ akkużati marru f’direzzjoni differenti waqt li sar ir-reat u ħadu rottot differenti biex marru d-dar.

Ahmed Al Furjani kien identfikat meta kien fil-pompa tal-petrol, fejn huma għamel telefonata, u wara sar magħruf li huwa kellem lil Bakoush. L-ewwel li ġew arrestati kienu Bakoush u Trabelsi. Il-Pulizija damet xahar tinvestiga qabel ma bdiet tarresta n-nies, qal Scicluna.

Saret ukoll tfittxija fid-dar ta’ Bakoush, u li hija ma kkoperatx mal-Pulizija waqt l-investigazzjonijiet, qal l-Ispettur. Hija kienet inħelset fuq police bail u reġgħet ġiet arrestata fil-15 ta’ Jannar. Trabelsi ġie arrestat il-ġurnata ta’ wara, iżda dan qatt ma għamel stqarrija mal-Pulizija u beda jilmenta li kellu wġiegħ f’sidru, kull darba li bdew isirulu l-mostoqsijiet, u għalhekk kellu jiġi referut għall-isptar.

Madankollu kompla jgħid ix-xhud, Al Furjani, ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija wara li nqabad u spjega l-aspett tal-pjan kollu, fid-dettall. Huwa qal lill-Pulizija li fid-dar, wara li nġieb il-fuel, huwa raha lil Bakoush tagħti lil Trabelsi d-direzzjonijiet ta’ x’għandu jagħmel. Huwa kien sema’ lil Bakoush tgħid “aħarquha kollha”.

Kien Trabelsi li ġarr il-petrol, u xerrdu fuq u taħt il-karozza, u qabbadha, qal Al Furjani, u żied jgħid li wara li mar fid-dar ta’ Bakoush, semmagħha tgħidlu, “se nibqa’ nafulek għal għomri kollu.” Trabelsi wara kien ġie arrestat u mixli bil-kompliċità tar-reat.

Aktar tard fil-Qorti, Bakoush ingħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €5000. Hija kienet ordnata tiffirma fl-Għassa tal-Pulizija kuljum u tidħol kmieni d-dar u toħroġ tard filgħodu.

Trabelsi nżamm arrestat f’post ta’ massima sigurtà f’sala tal-Isptar Monte Carmeli. Il-każ ikompli bl-Avukati Marion Camilleri u Franco Debono jidhru għal Bakoush u l-Avukat Yanika Zammit Tabona qed tidher għal Trabelsi.