Milan għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia għat-tielet staġun konsekuttiv b’rebħa diffiċli ta’ 4-2 kontra Torino f’San Siro. Ir-rossoneri kellhom bżonn il-ħin barrani biex eliminaw lil Torino u saħansitra kienu ftit minuti bogħod milli jkunu eliminati. Fis-semifinali jilagħbu kontra Juventus.
GIACOMO BONAVENTURA poġġa lil Milan fil-vantaġġ wara 12-il minuta b’konklużjoni mill-viċin wara kross ta’ Ante Rebic. Torino ġabu d-draw fl-34 minuta permezz ta’ BREMER li għeleb lil Gianluigi Donnarumma wara li rċieva mingħand Simone Verdi.
Il-kowċ ta’ Milan Stefano Pioli daħħal lil Zlatan Ibrahimovic flok Krzysztof Piatek fil-65 minuta. BREMER kienu għoddu ta r-rebħa lil Torino b’daqqa ta’ ras fil-71 minuta iżda s-sostitut HAKAN CALHANOGLU ġab id-draw fil-91 minuta b’xutt li kien imxellef minn Koffi Djidji. Milan setgħu rebħu ftit sekondi wara b’Ibrahimovic ifalli mill-viċin.
Il-logħba kompliet fil-ħin barrani, bit-tim ta’ Pioli jmur fil-vantaġġ fil-106 minuta b’xutt ta’ HAKAN CALHANOGLU li Sirigu seta’ biss imiss. Tliet minuti wasal ukoll ir-raba’ gowl b’ZLATAN IBRAHIMOVIC jiskorja wara li rċieva mingħand Rafael Leao.
//= $special ?>