Futbol Sport

Napoli jakkwistaw lil Politano

(Ritratt: EPA)

Matteo Politano hu plejer ġdid ta’ Napoli wara li ntlaħaq ftehim ma’ Inter għas-somma ta’ €2.5 miljun għas-self tal-plejer, b’obbligu li jixtru l-plejer fis-sajf għal €19-il miljun flimkien ma’ €2 miljuni oħra skont kemm jilgħab il-plejer u jekk Napoli jispiċċaw mal-ewwel erbgħa.

Politano kien viċin li jingħaqad ma’ Napoli sentejn ilu dak iż-żmien taħt it-tmexxija ta’ Maurizio Sarri. Madankollu ma kienx irnexxielhom jilħqu ftehim ma’ Sassuolo sal-aħħar ta’ Jannar.

Fis-sajf tal-2018 hu kien ingħaqad ma’ Inter u kien plejer regolari fit-tim taħt it-tmexxija ta’ Luciano Spalletti. Iżda mal-wasla ta’ Antonio Conte s-sajf li għadda, Politano ftit kien regolari u dan wassal biex il-plejer kellu jsib opportunità oħra.

Proprju f’dan ix-xahar, il-winger Taljan kien viċin li jsieħeb lil Roma bi bdil ma’ Leonardo Spinazzola iżda l-ftehim waqa’ fl-aħħar sekonda wara li Inter riedu aktar aċċertamenti mill-kundizzjoni fiżika ta’ Spinazzola, bit-trattattiva tisfuma fix-xejn.

Tags