Lokali

Raġel aggredit f’Għawdex

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, residenti ż-Żebbuġ Għawdex, qed jinżamm arrestat wara li allegatament agredixxa raġel ieħor waqt argument f’Marsalforn.

Il-Pulizija qed tfittex raġel ieħor Somalu li wkoll kien involut fl-istess agressjoni, li fih raġel ta’ 24 sena mis-Somalja sofra ġrieħi f’wiċċu kawża ta’ daqqiet b’ħadida.

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza fi Triq il-Port, f’Marsalforn.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta raġel ta’ 24 sena mis-Somalja residenti Munxar, Għawdex, allegatament ġie aggredit minn żewġ persuni u allegatament serqulu ammont ta’ flus kontanti. Sussegwentament ż-żewġ aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

Wara investigazzjoni intensiva, l-aggressuri ġew iddentifikati. Wieħed mill-aggressuri, raġel ta’ 24 sena mis-Somalja residenti Żebbuġ instab u ġie arrestat minn ġewwa stabbiliment fi Triq il-Port, Żebbuġ, Għawdex.

Filwaqt li għaddejja tfittxija għat-tieni aggressur, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex għadhom għaddejjin.