Il-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci kien mistieden ieħor waqt ir-rokna Replay Drive li tixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq Net Television waqt il-programm Replay.
Fl-intervista ma’ Chris Micallef, Riccardo Gaucci tkellem dwar il-kowċ Vincenzo Potenza u l-iskwadra ta’ Floriana kif ukoll dwar diversi temi oħra fosthom il-plejers barranin li ġab f’pajjiżna, il-proġett tal-klabb fix-Xagħra tal-Furjana, il-kontroll tar-referees u l-futur tiegħu.