Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Philip Said

Tislima lil raġel li matul ħajtu dejjem ra li jgħaddi t-talenti tiegħu lil ta’ madwaru – l-aktar, lil dawk li jkunu fil-bżonn.

Hekk għamel l-aktar meta kien Edukatur fost iż-Żebbuġin, li kien jitrattahom u jħobbhom daqslikieku uliedu.

Kliem il-Patri Kapuċċin, Dun Philip Cutajar, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Aħħar Tislima lil Philip Said fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ, iddedikata lil San Filep. Il-Quddiesa tmexxiet mill-Arċipriet Dun Daniel Cardona.

Waqt l-Omelija tfakkret il-passjoni li biha Philip kien jaħdem ukoll volontarjament, bi prinċipji u valuri, iżda fuq kollox b’paċenzja biex jara li ħadd ma jibqa’ lura.

Fost iż-Żebbuġin, Philip serva wkoll bħala Kunsillier Lokali għal 17-il sena u, għalkemm ħafna kienu jsejħulu b’rispett bħala s-Sur Said, umilment hu kien jitbissem u jwieġeb lura “Philip jisimni”.