Futbol Sport

Tottenham jilħqu ftehim għal Bergwijn

(Ritratt: EPA)

Tottenham laħqu ftehim ma’ PSV Eindhoven biex jakkwistaw lil Steven Bergwijn. L-internazzjonali Olandiż mistenni jingħaqad mal-klabb Ingliż għal €30 miljun.

Bergwijn tħalla barra mit-taħriġ tal-klabb din il-ġimgħa u kien jinsab f’Londra biex jagħmel l-eżami mediku qabel ikun konkluż it-trasferiment. Hu anki ma kienx inkluż fl-iskwadra ta’ PSV li lagħbet kontra FC Twente l-Ħadd li għadda.

Fl-istaġun li għadda, Bergwijn skorja 15-il gowl f’41 logħba u f’dan l-istaġun skorja sitt gowls f’26 logħba. Il-winger lagħab kontra Tottenham fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda. Hu se jsir it-tieni akkwist tal-klabb dan ix-xahar wara dak tal-midfielder Gedson Fernandes mingħand Benfica.