Il-kantanta Mikaela Attard kellha kliem iebes għas-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna wara li lbieraħ il-Qorti naqqset is-sentenza tal-aggressur tagħha. Il-Libjan, li s-sena li għaddiet kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li nstab li serqilha handbag bi vjolenza, waqt li kienet Paceville, kellu s-sentenza tiegħu mnaqqsa għal għal 18-il xahar priġunerija.
Il-Qorti qalet ukoll li nnoutat inkonsistenzi fix-xhieda ta’ Attard, u li ma tistax tibbaża lilha nfisha fuq suppożizzjonijiet.
F’kummenti fuq il-media soċjali l-kantanta qalet li hi tinsab diżgustata b’din id-deċiżjoni.
Il-Qorti filwaqt li kkonfermat il-kundanna għal serq aggravat bi vjolenza, naqqset il-piena minn tliet snin għal 18-il xahar priġunerija, li minnhom irid jitnaqqas il-perjodu li Gammudi kien inżamm taħt arrest preventiv.
//= $special ?>

