L-Erbgħa kompliet ix-xhieda tal-eks Spettur tal-Pulizija u Investigatur tal-FIAU Jonathan Ferris fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
F’Awwissu tal-2018, Ferris intalab imur fl-uffiċċju tad-Direttur għal sessjoni ta’ brainstroming dwar il-Bank Pilatus, fejn intalab joħroġ numru ta’ domandi minħabba l-esperjenza tiegħu f’dan il-qasam.
Ferris spjega li fit-13 ta’ April tal-2013, Joen Rizzo ma kienx għadu kummissarju tal-Pulizija fejn minfloku inħatar Peter Paul Zammit. Saħaq li dak iż-żmien kien qed jinvestiga l-kuntrabandu tal-fjuwil u li kien imbeżża’ li seta’ ngħata’ dokument ieħor.
Dak iż-żmien Peter Paul Zammit kien talbu jiltaqa’ miegħu sabiex ikellmu fejn inċidentalment kien ra email mingħand Angelo Gafa fuq il-mowbajl ta’ Zammit.
Ferris fakkar li l-uffiċċju ta’ Gafa kellu l-ikbar investigazzjonijiet fostom ta’ kuntrabandu tal-fjuwil u l-każ ta’ John Dalli.
Huwa qal li jiftakar il-mument u l-post eżatt meta John Dalli nnifsu qallu li Egrant hija tal-Partit Laburista. “Kont bilqiegħda b’idejja marbuta. Dalli talabni nkellmu fil-ġenb u qalli ‘jekk trid tagħmel ftit storbju, Egrant hija propjetà tal-Partit Laburista’,” qal Ferris.
Mistoqsi jekk u kienx għadda din l-informazzjoni waqt l-inkjest Egrant, Ferris wieġeb li kien għamel dan.
Mistoqsi jekk kienx hemm indħil mill-Pulizija, Ferris ftakar li kien irċieva email mis-Segretarju tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ dak iż-żmien, Carmelo Abela, li talbu informazzjoni dwar l-investigazzjoni iżda hu ma riedx jgħaddihielu. Huwa qal li hu mbagħad irċieva email mingħand l-Assistent Kummissarju jinsisti miegħu biex ma “joħloqx inċidenti dipplomatiċi.” Ferris ikkwota artiklu mill-Att tal-Pulizija li tah id-dritt biex ma jobdix ordnijiet illeġittimi.
Jonathan Ferris saħaq li l-Korp tal-Pulizija ma kienx jinsab fi stat tajjeb u li kien sejjer lura fejn saħansitra kien hemm żmien meta ma kienx hemm Assistent Kummissarju.
Waqt li kien Ruma, Ferris kellu laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-OLAF Giovanni Kessler fejn qallu li kien bagħat dokument lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għalhekk meta rritorna Malta mar għand l-Avukat Ġenerali fejn l-ewwel qallu li ma kien irċieva xejn iżda ftit wara sarert tfittxija qasira u rriżulta li kien hemm envelopp magħtluq fl-uffiċċju tiegħu. Fuq struzzjonijiet ta’ Ferris, l-Avukat Ġenerali bagħat dan id-dokument magħluq lill-Pulizija.
Ferris irrefera għal dan id-dokument bl-isem ta’ Red 126. Fih kien hemm akkużi fil-konfront ta’ Corbyn Klein, Elizabeth Jackson, Charles Jackson, u Claire Gauci Borda, li tiġi it-tifla ta’ John Dalli. L-akkużi kienu jinkludu frodi, iffalsifikar ta’ dokumenti u ħasil tal-flus.
Fix-xhieda tiegħu Jonathan Ferris qal li l-eks kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit kien spiċċa fl-inkwiet peress li ma kienx aġixxa fuq il-każ ta’ John Dalli. L-Avukat Jason Azzopardi qal li il-mara ta’ Zammit tiġi l-kuġina ta’ Dalli.
Rapport dwar il-Bank Pilatus li kien datat għal żmien qabel ma Ferris ingħaqad mal-FIAU, juri li kien hemm nuqqasijiet min-naħa tal-istess Bank, imma minkejja dan kollu, dan ingħata ‘bill of health’ li kien iffirmat mid-Deputat Direttur Alfred Zammit wara li saret l-audit tal-KPMG.
Ferris qal li huwa kien irċieva rapport dwar il-Bank Pilatus f’April tal-2017 meta kien diġà fl-FIAU. Huwa sar jaf b’dan il-Bank meta kien għadu jaħdem bħala Spettur tal-Pulizija, meta kien ġie sottomess rappot tal-Pulizija mill-Bank Pilatus fil-konfront ta’ Maria Efimova.
Fit-tieni jum ta’ xogħol tiegħu, Ferris ingħata rapport dwar Keith Schembri u Adrian Hillman fejn huwa kien mitlub li jiffirmah. “Kont għidt li ħa niċċekkja l-Ingliż, imma ma nistax ngħid li fl-ewwel jum tiegħi, stajt naqbel mal-kontenut,” qal Ferris.
Huwa sostna li ma ngħatax raġuni għala ġie terminat ix-xogħol tiegħu. Fl-aħħar ġranet tiegħu fl-FIAU, kienu qed jaħdmu fuq l-istrutturi finanzjarji tal-eks Ministru Konrad Mizzi.
Sal-lum Ferris għadu qed jipprova jsib ir-raġuni għala tkeċċa minn xgħolu. Kemm-il darba saqsa jekk it-tkeċċija tiegħu kinitx relata ma’ ħruġ ta’ informazzjoni, iżda t-tweġiba kienet dejjem fin-negattiv.
Ferris ftakar li l-ġurnata qabel il-laqgħa li fiha kellu jiġi diskuss ir-rapport dwar Konrad Mizzi, Kenneth Farrugia, Alfred Zammit u Ruth Gauci, qalu li huma ma kinux qrawh. “Id-dokument kien dwar Konrad Mizzi, imma Karl Cini kien issemma wkoll… Brian Tonna ssemma wkoll għax kien qed jipprova jwaqqaf strutturi simili,” qal Ferris. “Hearnville, Tillgate u Rotura kienu ssemmew fir-rapport, iżda Egrant ma kinitx issemmiet.”
Ferris spjega li qabel ma l-impjieg tiegħu ġie terminat, kellu diversi investigazzjonijiet għaddejjin, fosthom waħda dwar Satabank.
Min-naħa tiegħu l-Imħallef Emeritus Michael Mallia staqsa dwar ir-rapport ta’ konformità tal-Bank Pilatus u jekk dan qattx spiċċa f’idejn il-Pulzija. Ferris spjega li jekk wieħed jinstab li kiser liġijiet permezz tar-rapport ta’ konfromità jista jeħel multi filwaqt li tinfetaħ investigazzjoni. Qal li minkejja dan, ir-rapport ma baqax validu wara li l-bank ingħata clean bill of health.
Għall-famiilja ta’ Daphne Caruana Galizia dehru l-Avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Andrew Borg Cardona.
//= $special ?>