Lokali

F’Għawdex għandhom jinħolqu iktar impjiegi ta’ kwalità milli ta’ kwantità

– Kevin Cutajar, PN

Fid-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li f’Għawdex għandhom jinħolqu iktar impjiegi ta’ kwalità milli ta’ kwantità.

Fil-parlament Kevin Cutajar qal li wara l-budget, il-gvern ftit li xejn tkellem dwar il-miżuri għal Għawdex tant li fl-aħħar xhur il-gvern kien iktar iffukat fuq il-kriżi li ħakmitu. Il-gvern bidlel ukoll it-tielet Ministru għal Għawdex, sosta Kevin Cutajar li qal li llum f’Għawdex ma jgħixux biss l-Għawdxin minħabba li f’soċjetà qed isir tibdil kbir. Il-gvern għandu jispeċifika wkoll kfi se jilqa’ għal dan it-tibdil.

Il-Gvern bidel it-tielet Ministru għal Gaħwdex, bl-aħħar bidla
ssir wara r-riżenja ta’ Justyne Caruana

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-reġjonalità ta’ Għawdex u qla li l-aworitità li kellha titwaqqaf baqgħet fuq il-karta. Għadu mhux speċifikat x’saħħa se jkollha din l-awtorità biex tagħmel id-differenza; flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-kunsilli lokali. Wara l-investiment li għamel gvern Nazzjonalista fil-kunsilli lokali, wara l-2013 il-gvern Laburista naqqas l-importanza lill-kunsilli u neħħa s-saħħa u l-edukazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex.

Issa l-Ministeru għal Għawdex se jkollu wkoll ir-responsabbiltà tal-kaċċa meta suppost il-Ministru għal Għawdex għandu jopera bħala gvern għal Għawdex. Dan il-fatt qed iżnatura l-Ministru għal Għawdex, li għandu jkun iffukat biss fuq l-isfidi li għandu Għawdex. Qed jitnaqru wkoll il-kompetenzi tal-kunsilli lokali f’Għawdex li issa saru kumitati iktar minn kunsilli lokali.

Il-gvern għandu jippubblika l-kuntratti marbuta
mal-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Kevin Cutajar qal li fl-edukazzjoni f’Għawdex il-gvern iddiżappunta għaliex ma sar l-ebda proġett ġdid waqt li l-proġetti li ilhom imwegħda s-snin baqgħu ma sarux. Fosthom hemm l-iskola primarja tar-Rabat.

Dwar is-saħħa, Kevin Cutajar qal li f’Għawdex għandu jkun hemm żvilupp ġdid billi jkun ippubblikat l-kuntratt tal-bejgħ tal-isptar ġenerali ta’ Għawdex; l-uniku sptar tal-Għawdxin. Hu semma’ l-proġett ta’ Barts u l-Hub tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u qal li dawn huma proġetti tajbin li għandhom ikunu indukrati. Mhux biżżejjed li jkun hemm ir-riżorsi u l-inċentivi. F’Għawdex għandhom jinħolqu iktar impjiegi ta’ kwalità milli ta’ kwantità.

Id-deputat Nazzjonalista qal li t-turiżmu m’għandux jibqa’ s-sors ewlieni tal-ekonomija Għawdxija u għandu jkun hemm diversifikazzjoni. Hu semma’ l-biedja u s-sajd u qal li dawn is-setturi ġew injorati fl-aħħar snin. Kevin Cutajar tkellem ukoll dwar il-bżonn ta’ toroq ta’ kwalità f’Għawdex, l-aċċessibbiltà għall-port tal-Imġarr

Dwar il-konnettività, Kevin Cutajar qal li l-gvern kien wiegħed il-fast-ferry iżda ma twettqitx minn dan il-gvern meta din hi proposta tajba. Bħalu baqgħu fuq il-akrta l-wiegdi tal-helicopter u tal-ajruplan fixed wing. Hu semma’ r-raba’ vapur tal-Gozo Channel u qal li dan kien pass tajjeb tant li issa hemm bżonn il-ħames vapur. Ir-raba’ vapur inġieb mill-Greċja iżda fejn jidħol it-traġit bil-akrozzi għin iżda nħolqu problemi minħabba li mhux aċċessibbili għall-persuni b’diżabbiltà.

Ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel hu antik u mhux aċċessbbli kif suppost…
in-nies qed joħorġu mal-karozzi

Dan minħabba li dan hu vapur antik li lanqas jista’ jitrakka mat-terminal bir-riżulat li n-nies iridu joħorġu mal-karozzi kif kien isir fil-passat. Il-gvern għandu jibni vapur ieħor; vapur denju li jixraq lill-Maltin u l-Għawdxin kif jixraq.

Meta tkellem dwar l-ambjent u t-tisbiħ, id-deputat Nazzjonalista qal li l-master plans li saru baqgħu fuq l-ixkaffa u mhux qed iseħħ xejn. It-triq ta’ Marsalforn se titwessa’ iżda se jitqattċtu numru kbir ta’ siġar. Il-qasam soċjali f’Għawdex hu importanti u għalhekk hemm bżonn djar tal-anzjani. Fl-uniku dar tal-anzjani li nvesta fiha l-gvern is-sitwazzjoni hi li din għadha ġebel u saqaf.