Internazzjonali Sport

Filmat: Attakata r-residenza tad-Deputat Chairman ta’ Man Utd

Tul il-lejl numru ta’ supporters ta’ Manchester United attakaw ir-residenza ta’ Ed Woodward, id-Deputat Chairman tal-istess klabb.

Fil-filmat ta’ hawn jidhru numru ta’ partitarji tar-Red Devils jitfgħu l-flares lejn id-dar tiegħu. Fil-filmat hemm ukoll il-kliem: “Ed Woodward’s gonna die”.

Ir-riżultati miksuba riċentament minn Manchester United xejn ma jgħinu biex ikun hemm simpatija lejn Woodward, hekk kif kontinwament hu qed ikun kritikat għal mod kif qiegħed imexxi l-klabb.

Manchester United preżentament jinsabu fil-ħames post b’34 punt, 33 punt taħt il-leaders tal-klassifika Liverpool.