Sport Sport Ieħor

Halep fis-semifinali tal-Open tal-Awstralja kontra Muguruza

(Ritratt: EPA)

Simona Halep ftit sabet diffikultà biex għelbet lil Anett Kontaveit fi 53 minuta u b’hekk għaddiet għas-semifinali. Kontaveit rebħet l-ewwel logħba iżda minn hemm ġiet dominata minn Halep li rebħet 6-1, 6-1.

Halep li hi r-rebbieħa ta’ Wimbledon, kisbet 11-il logħba konsektutiva qabel is-sid numru 28 żammet is-service fil-logħba ta’ qabel tal-aħħar. Għal Kontaveit din kienet l-ewwel kwarti tal-finali fi Grand Slam u kienet ġejja minn rebħa kontra Belinda Bencic f’49 minuta. Halep għalqet il-konfront bil-ħames ace tagħha fil-logħba.

Fis-semifinali, ir-Rumena ta’ 28 sena tilgħab kontra l-Ispanjola Garbine Muguruza. It-tennista ta’ 26 sena rebħet 7-5, 6-5 kontra r-Russa Anastasi Pavlyuchenkova. Halep se tkun il-favorita f’dan il-konfront hekk kif minbarra li Muguruza mhux seeded f’din l-edizzjoni, Halep għadha ma tilfitx set u fir-Rod Laver Arena qatt ma kienet fil-periklu. Hi ddominat wara li kisret is-service l-ewwel darba fit-tielet logħba tal-ewwel set.