Lokali Parlament

Il-gvern għandu jwaqqaf il-kuntratti dwar l-bejgħ tal-isptarijiet

Id-deputat Stephen Spiteri

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella lill-gvern biex jikkunsidraw il-ftehim li sar ma’ Stewrads u jekk hemm falliment f’dan il-kuntratt allura l-gvern għandu jwaqqaf dan il-kuntratt u l-isptarijiet jerġgħu lura għand il-poplu Malti.

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li fis-saħħa jrid ikun hemm trasparenza u ugwaljanza u sostna li n-nefqa tal-gvern trid tkun ġusta biex taqdi lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn. L-investiment fil-proġetti għandu jkun wieħed li jgħin lis-settur.

Dwar il-bejgħ tal-isptarijiet pubbliċi lil kumpanija privata, Stephen Spiteri qal li l-kuntratti spiċċaw biex ma kienux trasparenti u kontabbli bl-Opożizzjoni tinsisti li l-kuntratt ikun pubblikat kollu.

F’inqas minn sentejn, il-Vitals qatgħu qalbhom biegħu l-konċessjoni lil Steward; kollox reġa’ sar minn wara dar il-poplu fejn mhux magħruf jekk kienx hemm finanzjar. Il-Vitals ħallew €50 miljun dejn li ħadd ma jaf fejn marru. Huma kellhom diversi miri u proġetti li ma twettqux.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-modernizzar li kellu jsir fil-fatt ma sar u l-miri ta’ settur mediku għall-barranin kien biss fantażma għax ma twettaqx. Il-modernizzar tal-Isptar San Luqa ma twettaqx lanqas, sostna Stephen Spiteri, li kompla li dawn wiegħdu li jinvestu €250 miljun fl-ewwel snin għall-ġid tal-pazjenti Maltin. Dan ma seħħx.

Illum Steward tidher li mhix kuntenta b’dak li l-gvern qed jagħti lil din il-kumpanija biex tassigura xi forma ta’ kwalità iktar mill kien hemm qabel fl-isptarijiet. Dan il-kuntratt kien kritikat anki mill-uions u minn esperti. Issa l-prim ministru l-ġdid qed jerġa’ jirrepeti din l-istorja fejn saret laqgħa bejn l-ex prim ministru, il-ministru tas-saħħa u l-prim ministru dwar kif Steward tixtieq li tkompli tmexxi. Jidher li qed issir talba biex il-gvern iżid il-finanzi biex Steward ikomplu jmexxu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-MUM iddikjarat li dan hu deal fallut u li dan l-investiment ma jixraqx lill-pajjiż waqt li l-kuntratt għandu jieqaf. Il-laqgħa li saret mal-prim ministru kellha tkun biex lil Steward il-gvern jgħidilhom li se jwaqqaf il-kuntratt u mhux li se jkompli jiffinanzja lil din il-kumpnaija. L-ammonti huma miljuni kbar fuq rabta ta’ 30 sena li jwasslu fuq €2 biljuni lil din il-kumpanija privata meta fl-ewwel snin lanqas l-obbligazzjonijiet privati ma saru.

Hu semma’ l-Isptra Karen Grech fejn il-unions tal-infermiera kienet f’tilwima ma’ Stewrad dwar is-servizz li qed jingħata b’nuqqas ta’ riżors uman. L-Awditur Ġenerali għadu qed jiffinalizza r-rapport dwar il-bejgħ tal-isptarjiet biex il-poplu jkun jaf x’rabat lill-gvern fis-settur tas-saħħa. Li sar biss kienet l-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex iżda din l-iskola inbniet minn flus il-poplu għax il-gvern tahom lil din il-kumpanija privata.

Il-miljuni għandhom jintużaw għall-aqwa investiment fis-settur tas-saħħa fosthom bi sptar ġdid għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali.